Language of document : ECLI:EU:T:2010:5





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Jannar 2010 – Escola Superior Agrária de Coimbra vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑446/09 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Programm Life – Rimbors ta’ parti mill‑ammonti mħallsa – Ordni ta’ rkupru – Nota ta’ debitu – Talba għas‑sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Dannu finanzjarju – Ċirkustanzi eċċezzjonali – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal‑Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 12-14)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli li jista’ jseħħ b’mod imminenti - Kunċett - Oneru tal-prova (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 17)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tikkomprometti serjament l-eżerċizzju tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku minn stabbiliment ta’ tagħlim pubbliku tiegħu (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 21, 25-33)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet li jikkontjenu, rispettivament, l-ittra tal-Kummissjoni D (2009) 224268, tad-9 ta’ Settembru 2009, li għandha bħala suġġett ordni ta’ rkupru, u n-nota ta’ debitu tal-Kummissjoni Nru 3230909105, tal-11 ta’ Settembru 2009, għall-ammont ta’ EUR 327 500.35.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.