Language of document : ECLI:EU:T:2014:90





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Frar 2014 — Mäurer & Wirtz vs UASI – Sacra (4711 Aqua Mirabilis)

(Kawża T‑25/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali 4711 Aqua Mirabilis — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti AQUA ADMIRABILIS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 15, 16)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali 4711 Aqua Mirabilis u AQUA ADMIRABILIS (Regolament tal-Kunsill 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 17, 25-33, 39)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22-24)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti — Effett (Regolament tal-Kunsill 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 38)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1601/2011‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sacra Srl u Mäurer & Wirtz GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mäurer & Wirtz GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.