Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2018 – Užstato sistemos administratorius vs EUIPO – DPG Deutsche Pfandsystem (Rappreżentazzjoni ta’ flixkun u ta’ vleġġa)

(Kawża T-477/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Užstato sistemos administratorius VšĮ (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: I. Lukauskienė, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DPG Deutsche Pfandsystem GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ flixkun u ta’ vleġġa) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 481 519

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 2203/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fil-parti fejn id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-21 ta’ Awwissu 2017 li s-sinjali ħallew impressjoni globali differenti li teskludi l-probabbiltà ta’ konfużjoni hija annullata, u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-21 ta’ Awwissu 2017 tibqa’ valida;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________