Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2019 – Užstato sistemos administratorius vs EUIPO – DPG Deutsche Pfandsystem (Rappreżentazzjoni ta’ flixkun bi vleġġa)

(Kawża T-477/18) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta flixkun bi vleġġa – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta bott, flixkun u vleġġa – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Užstato sistemos administratorius VšĮ (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: I. Lukauskienė, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Sipos u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: DPG Deutsche Pfandsystem GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Mejju 2018 (Każ R 2203/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DPG Deutsche Pfandsystem u Užstato sistemos administratorius.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Užstato sistemos administratorius VšĮ hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 341, 24.9.2018.