Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Paris (Franza) fil-25 ta’ Jannar 2022 – SOGEFINANCEMENT vs RW, UV

(Kawża C-50/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SOGEFINANCEMENT

Konvenuti: RW, UV

Domandi preliminari

Il-prinċipju tal-effettività tas-sanzjoni, li jirriżulta mill-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE 1 , jipprekludi, fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ awtonomija proċedurali tal-Istati, li qorti ma tistax tqajjem ex officio dispożizzjoni tad-dritt intern li toħroġ mill-Artikolu 14 tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq u ssanzjonata fid-dritt intern permezz tan-nullità ta’ kuntratt, lil hinn mit-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin li fih il-konsumatur jista’ jitlob in-nullità ta’ ftehim ta’ kreditu permezz ta’ azzjoni jew permezz ta’ eċċezzjoni?

Il-prinċipju tal-effettività tas-sanzjoni, li jirriżulta mill-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48, jipprekludi, fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ awtonomija proċedurali tal-Istati u tal-prinċipju dispożittiv, li qorti ma tistax tiddikjara n-nullità ta’ ftehim ta’ kreditu, wara li tkun qajmet ex officio dispożizzjoni tad-dritt intern li toħroġ mill-Artikolu 14 tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq, mingħajr ma l-konsumatur ikun talab jew tal-inqas aċċetta tali annullament?

____________

1     ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40, u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.