Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fil-11 ta’ Frar 2021 – WY

(Kawża C-85/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WY

Konvenut: Steiermärkische Landesregierung

Domanda preliminari

L-Artikolu 21 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ telf ta’ ċittadinanza ex lege hekk kif previst taħt liġi nazzjonali, u ta’ telf sussegwenti tal-istatus ta’ ċittadinanza tal-Unjoni, huwa għandu jiġi inkluż fl-eżami tal-proporzjonalità tal-każ individwali skont il-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Marzu 2019, Tjebbes et 1 , u jista’ jikkostitwixxi ostakolu għat-telf taċ-ċittadinanza jekk ċittadin ikun reġa’ kiseb iċ-ċittadinanza preċedenti tiegħu permezz ta’ dikjarazzjoni ta’ dħul mill-ġdid u t-theddida ta’ telf ta’ ċittadinanza tal-Unjoni jkollha impatt sinjifikattiv fuq il-familja u l-ħajja professjonali tiegħu?

____________

1     C-221/17, EU:C:2019:189.