Language of document : ECLI:EU:T:2015:630





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 –
Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑346/13)

“FAEGG – Taqsima ta’ Garanziji – FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Miżuri ta’ żvilupp rurali – Agroambjent – Adegwatezza tal-verifiki – Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa”

1.                     Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEGG, il-FAEG u l-FAEŻR – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums – Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ verifiki amministrattivi u ta’ verifiki fuq il-post – Portata (Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 796/2004, Artikolu 29, u Nru 1975/2006, Artikoli 12(1), 14(2) u 15) (ara l-punti 32‑34)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont spejjeż iffinanzjati mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR – Obbligu għall-Kummissjoni li tiżvela, f’deċiżjoni li teskludi ċertu nfiq mill-finanzjament tal-Unjoni, l-obbligi allegatament miksura mill-Istat Membru (Artikolu 296 TFUE; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 796/2004 u Nru 1975/2006) (ara l-punti 37, 38, 79, 90, 91)

3.                     Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums – Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ verifiki amministrattivi u ta’ verifiki fuq il-post – Redazzjoni ta’ rapport għal kull verifika fuq il-post – Kontenut neċessarju (Regolament tal-Kummissjoni Nru 796/2004, Artikolu 28(1)) (ara l-punti 51, 52)

4.                     Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat – Oneru tal-prova – Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1974/2006, Artikolu 27(3) u Nru 1975/2006, Artikolu 10) (ara l-punti 101‑105, 110, 118)

5.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Proporzjonalità – Portata (Artikolu 5(4) TUE) (ara l-punt 113)

6.                     Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 % minħabba l-insuffiċjenza tal-verifiki, minn Stat Membru, tal-osservanza tal-miżuri ambjentali marbuta mal-kriterju dwar l-użu tal-fertilizzanti – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikolu 31(2)) (ara l-punti 114, 115, 120, 121)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/214/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 123, p. 11).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/214/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata, sa fejn timponi fuq ir-Repubblika Ellenika korrezzjoni finanzjarja ta’ 2 % f’dak li jirrigwarda s-submiżuri agroambjentali “Biedja Organika” u “Trobbija Bijoloġika”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.