Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi Baxxi) fil-21 ta’ Diċembru 2021 – Proċeduri kriminali kontraTF

(Kawża C-806/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

TF

Domandi preliminari

Persuni fiżiċi u ġuridiċi li jipparteċipaw fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ sustanzi skedati b’mod tali li din il-parteċipazzjoni tikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta’ Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta’ atti kriminali u ta’ pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta’ drogi 1 għandhom jitqiesu bħala “operaturi” fis-sens tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga 2 ?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din l-ewwel domanda:

2a.    Dan l-aġir tal-operatur imsemmi fl-ewwel domanda jikkostitwixxi “ċirkustanza” fis-sens tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 723/2004?

2b.    Aġir bħar-riċezzjoni, it-trasport u l-ħażna ta’ sustanzi skedati jikkostitwixxi “ċirkustanza” fis-sens tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 273/2004, jekk dan l-aġir ma jsirx bl-intenzjoni ta’ kunsinna ta’ dawn is-sustanzi lil terz?

____________

1     ĠU 2006, L 153M, p. 94.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 46.