Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2014 – ANKO vs Il-Kummissjoni u REA

(Kawża T-165/14)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Talbiet

tikkonstata li s-sospensjoni tal-ħlas, imposta u miżmuma fis-seħħ mill-REA, li qiegħda taġixxi skont poteri iddelegati lilha mill-Kummissjoni, tikkostitwixxi, fir-rigward tal-ammont dovut mill-Kummissjoni lir-rikorrenti minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fil-proġett ESS, ksur tal-obbligi kuntrattwali ta’ din tal-aħħar;

tiddikjara li l-ammont ta’ EUR 125 253.82 li l-Kummissjoni tibqa’ ma tħallasx u li huwa dovut għall-parteċipazzjoni tagħha fil-proġett ESS, jikkostitwixxi spejjeż eliġibbli, li l-Kummissjoni għandha konsegwentement tħallas lil ANKO;

tikkonstata li l-ammont totali ta’ EUR 216 172.68 li l-Kummissjuoni diġà ħallset lir-rikorrenti għall-parteċipazzjoni tagħha fil-proġett ESS, jikkostitwixxi spejjeż eliġibbli; utikkundanna lil REA u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.Motivi u argumenti prinċipaliDan ir-rikors għandu bħala suġġett ir-responsabbiltà tal-REA u tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 272 TFUE, għall-kuntratt Nru 217951 intiż għall-eżekuzzjoni tal-proġett ESS.B’mod iktar speċifiku, ir-rikorrenti ssostni li l-REA, li qiegħda taġixxi skont poteri ddelegati lilha mill-Kummissjoni, issospendiet il-ħlas lil ANKO mingħajr ġustifikazzjoni u bi ksur tal-ftehim tal-proġett ESS. Barra minn hekk

, ir-rikorrenti tqis li, billi pprovat tapplika l-metodu ta’ “estrapolazzjoni”,

il-Kummissjoni kkontestat, mi

ngħajr bażi legali u bi ksur kemm tal-kuntratt kif ukoll tad-dritt applikabbli, l-eliġibbiltà ta’ kważi l-ispejjeż kollha ddikjarati minn ANKO fir-rigward tal-proġett ESS.