Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-18 ta’ Frar 2016 – Calberson GE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-164/14) 1

(“Klawżola ta’ arbitraġġ — Programm ta’ provvisti ta’ prodotti agrikoli lir-Russja — Provvista ta’ ċanga u vitella — Ksur tal-kuntratt mill-organu ta’ intervent — Dritt applikabbli — Preskrizzjoni — Rilaxx tardiv ta’ ċerti garanziji ta’ provvista — Ħlas parzjali ta’ fattura ta’ trasport — Ħlas insuffiċjenti f’muniti barranin ta’ ċerti fatturi — Interessi moratorji”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Calberson GE (Villeneuve-Garenne, Franza) (rappreżentanti: T. Gallois u E. Dereviankine, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u I. Galindo Martín, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u C. Candat, aġenti)

Suġġett

Rikors, skont l-Artikolu 272 TFUE, intiż li jikseb il-kundanna tal-Kummissjoni li jiġi rreparat id-dannu li r-rikorrenti subit wara nuqqasijiet allegatament imwettqa mill-organu tal-intervent fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt li jirrigwarda t-trasport ta’ ċanga u vitella f’destinazzjoni fir-Russja konformement mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 111/1999, tat-18 ta’ Jannar 1999, li jippreskrivi regoli ġenerali għall-applikazzjoni tar Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2802/98 dwar programm ta’ provvista ta’ prodotti agrikoli lill-Federazzjoni Russa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 24, p. 296) u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1799/1999, tas-16 ta’ Awwissu 1999, dwar il-provvista ta’ ċanga u vitella lir-Russja (ĠU L 217, p. 20).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Calberson GE hija kkundannata għall-ispejjeż.

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 184, 16.6.2014.