Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – Yingli Energy (China) et vs Il-Kunsill

(Kawża T-160/14) 1

[“Dumping – Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Impenji – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Pajjiż esportatur – Portata tal-investigazzjoni – Teħid ta’ kampjuni – Valur normali – Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat – Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar talba għall-għoti tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Applikazzjoni ratione temporis ta’ dispożizzjonijiet ġodda – Dannu – Rabta kawżali – Drittijiet tad-difiża – Kalkolu tal-marġni tad-dannu”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yingli Energy (China) Co. Ltd (Baoding, iċ-Ċina) u l-14-il rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment A. Willems, S. De Knop u J. Charles, sussegwentement A. Willems u S. De Knop, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Eweropea (rappreżentanti: B. Driessen, aġent, assistit minn B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Stobiecka Kuik, sussegwentement J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Demeneix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2013, L 325, p. 1), sa fejn dan japplika għar-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Yingli Energy (China) Co. Ltd u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 ĠU C 142, 12.5.2014.