Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2020 – Standardkessel Baumgarte Holding vs EUIPO (Standardkessel)

(Kawża T-617/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Standardkessel Baumgarte Holding GmbH (Duisburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Vogtmeier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “Standardkessel” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 017 986

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Lulju 2020 fil-Każ R 2665/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________