Language of document : ECLI:EU:T:2011:483





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 – Eurofer vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Ambjent – Allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mingħajr ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE – Iffissar tal-livelli ta’ gradazzjoni ta’ prodott ikkonċernati mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni – Talba għal miżuri provviżorji – Ammissibbiltà – Urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Interess tar-rikorrent li jikseb is-sospensjoni mitluba - Sospensjoni li l-konsegwenza tagħha hija li tqiegħed lir-rikorrent f’sitwazzjoni inqas favorevoli - Talba intiża sabiex jinkisbu miżuri li jmorru lil hinn mill-kuntest tal-kawża prinċipali - Inammissibbiltà (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(1) u (2)) (ara l-punti 14, 16, 17)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Dannu li jista’ jiġi kkumpensat sussegwentement permezz ta’ rikors għad-danni - Dannu li ma jistax jitqies li huwa irreparabbli (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti  23-28)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.