Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 – Palirria Souliotis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-380/11) 1

(“Rikors għal annullament – Tariffa Doganali Komuni – Klassifikazzjoni fin-nomenklatura magħquda – Intestatura tariffarja – Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anonymi Viotechniki kai Emporiki Etairia Kataskevis Konservon – Palirria Souliotis AE (Politika, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Keppenne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2011, tas- 6 ta’ Mejju 2011, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 122, p. 63).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Anonymi Viotechniki kai Emporiki Etairia Kataskevis Konservon – Palirria Souliotis AE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 282, 24.09.2011.