Language of document : ECLI:EU:T:2012:272





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sebaʼ Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2012 — Hüttenwerke Krupp Mannesmann et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-379/11)

Rikors għal annullament — Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’effett mill-2013 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddetermina l-punti ta’ riferiment ta’ prodotti li għandhom jiġu applikati sabiex tiġi kkalkolata l-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Assenza ta’ interess individwali — Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Interess individwali — Kriterji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddefinixxi regoli tranżitorji għall-Unjoni kollha dwar l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mingħajr ħlas — Rikors ta’ assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-interessi tal-industrija tal-azzar Ewropea — Assenza ta’ interess individwali tal-impriżi rappreżentati — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikolu 10a) (ara l-punti 22, 23, 26-31)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Kunċett ta’ att regolamentari fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni ta’ atti leġiżlattivi — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddefinixxi regoli tranżitorji għall-Unjoni kollha dwar l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mingħajr ħlas — Inklużjoni — Att li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tat-Trattat (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, Artikolu 267 TFUE, Artikolu 289(1) sa (3) TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2003/87, Artikoli 10a u 11(1)) (ara l-punti 34-37, 48-50, 52)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH, Rogesa — Roheisengesellschaft Saar mbH, Salzgitter Flachstahl GmbH, ThyssenKrupp Steel Europe AG u voestalpine Stahl GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.