Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-19 ta’ April 2021 – Bundesrepublik Deutschland irrappreżentata mill-Bundesministerium des Innern, für Bau und Heimat vs MA, PB

(Kawża C-245/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundesrepublik Deutschland

Konvenuti: MA, PB

Domandi preliminari

Sospensjoni amministrattiva tal-infurzar tad-deċiżjoni tat-trasferiment, li hija revokabbli biss minħabba l-impossibbiltà attwali (temporanja) tat-trasferimenti kkawżata mill-pandemija COVID 19, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida 1 waqt proċeduri ta’ appell ġudizzjarju?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: tali deċiżjoni ta’ sospensjoni twassal għal interruzzjoni tat-terminu tat-trasferiment skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III?

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv: dan japplika wkoll jekk, qabel it-tifqigħa tal-pandemija COVID 19, qorti kienet ċaħdet l-applikazzjoni mill-persuna li kienet qiegħda tfittex il-protezzjoni sabiex tiġi sospiża l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tat-trasferiment skont l-Artikolu 27(3)(c) tar-Regolament Nru 604/2013 sal-eżitu tal-proċeduri ta’ appell?

____________

1     ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.