Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-22 ta’ April 2021 – TUIfly GmbH vs FI, RE

(Kawża C-253/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TUIfly GmbH.

Konvenuti: FI, RE

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(1)(c)(iii), l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li sseħħ kanċellazzjoni ta’ titjira meta titjira tinżel f’ajruport ieħor li ma jinsabx fl-istess belt, fl-istess agglomerazzjoni jew fl-istess reġjun inizjalment previst fir-reżervazzjoni u li l-passiġġieri jiġu sussegwentement ittrasportati bil-kowċ minn dan l-ajruport għall-ajruport previst inizjalment fir-reżervazzjoni u jilħqu d-destinazzjoni tagħhom b’dewmien tal-ħin tal-wasla ta’ inqas minn tliet sigħat?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.