Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2015 – Rot Front vs UASI – Rakhat (Маска)

(Kawża T-96/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Маcка – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti mhux irreġistrata Маcка – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009– Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-UASI”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rot Front OAO (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: inizjalment B. Térauda, sussegwentement O. Spuhler u M. Geitz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Rakhat AO (Almaty, il-Każakistan)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 893/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rot Front OAO u Rakhat AO.DispożittivId-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 893/2012-2), hija annullata.L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Rot Front OAO.

____________

1     ĠU C 123, 27.4.2013.