Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Wojewódzki Sąd Administracyjny w Bialymstoku vs Il-Polonja fl-14 ta' Settembru 2007 - Dariusz Krawczyński vs Dyrektor Izby Celnej w Bialymstoku

(Kawża C-426/07)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Bialymstoku.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dariusz Krawczynski.

Konvenuta: Dyrektor Izby Celnej w Bialymstoku.

Domandi preliminari

Dazju tas-sisa stabbilit minn Stat Membru, bħad-dazju tas-sisa previst mil-liġi Pollakka tat-23 ta' Jannar 2004 dwar id-dazji tas-sisa (Dz. U n° 29, pos. 257, kif emendata), li jolqot il-bejgħ kollu ta' karozzi privati qabel l-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fit-territorju nazzjonali, jista' jiġi kklassifikat bħala taxxa illegali li għandha n-natura ta' taxxa fuq il-fatturat fis-sens ta' l-Artikolu 33(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju, 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (77/388/KEE) (fil-preżent, l-Artikolu 401, fis-seħħ wara l-1 ta' Jannar 2007, tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud)?

F'każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda:

Dazju tas-sisa, bħal dak in kwistjoni f'din il-kawża pendenti quddiem il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Białymstoku, li jolqot il-bejgħ kollu ta' karozzi privati qabel l-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fit-territorju nazzjonali, imur kontra l-Artikolu 90 KE, li jipprojbixxi espliċitament kull diskriminazzjoni jew kull applikazzjoni protezzjonista tas-sistema fiskali nazzjonali favur prodotti nazzjonali simili, peress li l-akkwist ta' vetturi użati diġà rreġistrati fit-territorju Pollakk huwa eżenti mill-imsemmi dazju?

____________