Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta' Marzu 2011 - Herm. Sprenger vs UASI - Kieffer Sattlerwarenfabrik (Rappreżentazzjoni ta' staffa)

(Kawża T-463/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Revoka tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Herm. Sprenger GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Schiller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: C. Jenewein u B. Schmidt, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Georg Kieffer Sattlerwarenfabrik GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Fischer, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta' Settembru 2009 (Każ R 1614/2008-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Georg Kieffer Sattlerwarenfabrik GmbH u Herm. Sprenger GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, għal nofs l-ispejjeż tal-konvenut.

____________

1 - ĠU C 11, 16.01.2010.