Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2015 – Dôvera zdravotná poistʼovňa vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-216/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dôvera zdravotná poistʼovňa (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: O. Brouwer u A. Pliego Selie, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/248, tal-15 ta’ Ottubru 2014, dwar il-miżuri SA. 23008 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentati mir-Repubblika Slovakka għal Spoločná zdravotná poisťovňa, a.s (SZP) u Všeobecná zdravotná poisťovňa, a. s. (VZP) [notifikata bid-dokument C(2014) 7277] (ĠU 2015, L 41, p. 25);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.L-ewwel motiv ibbażat fuq applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 107(1) TFUEIl-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi applikat ħażin il-kunċett ta’ impriża fil-kuntest speċifiku tal-Artikolu 107(1) TFUE.It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoniIl-Kummissjoni, fid-definizzjoni u fl-applikazzjoni tal-kriterji għad-determinazzjoni tan-natura ekonomika tal-iskema ta’ assigurazzjoni, wettqet żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li SZP/VZP ma tistax tiġi kklassifikata bħala impriża u naqset milli tipprovdi motivazzjoni xierqa.

____________