Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018 – Dôvera zdravotná poistʼovňa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-216/15) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Korpi ta’ assigurazzjoni għall-mard – Żieda tal-kapital, ħlas lura ta’ djun, sussidji u skema ta’ugwalizzazzjoni tar-Riskju – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Kunċett ta’ impriża u ta’ attività ekonomika – Prinċipju ta’ solidarjetà – Kontroll mill-Istat – Attività ta’ natura ekonomika – Kompetizzjoni fir-rigward il-kwalità – Preżenza ta’ operaturi li għandhom għan lukrattiv – Riċerka, użu u distribuzzjoni ta’ benefiċċji – Żball ta’liġi – Żball ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dôvera zdravotná poistʼovňa, a.s. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: O. Brouwer u A. Pliego Selie, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u L. Armati, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Union zdravotná poist’ovňa, a.s. (Bratislava) (rappreżentanti: inizjalment minn E. Pijnacker Hordijk u A. ter Haar, sussegwentement minn A. ter Haar, avukati)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/248 tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar il-miżuri SA.23008 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentati mir-Repubblika Slovakka għal Spoločná zdravotná poisťovňa, a.s (SZP), u għal Všeobecná zdravotná poisťovňa, a.s (VZP) (ĠU 2015, L 41, p. 25).

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/248 tal- 15 ta’ Ottubru 2014 dwar il-miżuri SA.23008 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentati mir-Repubblika Slovakka għal Spoločná zdravotná poisťovňa, a.s (SZP) u Všeobecná zdravotná poisťovňa, a. s. (VZP)hija nnullata.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mid-Dôvera zdravotná poist’ovňa, a.s u mill-Union zdravotná poist’ovňa a.s.

Ir-Repubblika Slovakka għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 262, 10.8.2015,