Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fid-9 ta’ Frar 2024 – Sindicat de Treballadores i Treballadors de les Administracions i els Serveis Publics (STAS - IV) vs Valenciana D’ Estrategies i Recursos per a la Sostenibilitat Ambiental SA (VAERSA) et

(Kawża C-110/24, STAS – IV)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sindicat de Treballadores i Treballadors de les Administracions i els Serveis Publics (STAS - IV)

Konvenut: Valenciana D’ Estrategies i Recursos per a la Sostenibilitat Ambiental SA (VAERSA),

Partijiet oħra: Comisiones Obreras del País Valencià (CCOO-PV), Confederación General del Treball del País Valencià i Murcia (CGT- PV), Unión General de Trabajadores del País Valenciano (UGT-PV), Sindicato Intercomarcal de Trabajadores de Castellón (SIT), Unión Sindical Obrera de la Comunidad Valenciana (USO), Unión Sindical Obrera de la Comunidad Valenciana (USO), Colectivo de Personal Administrativo y Técnico de VAERSA (CPAT VAERSA)

Domanda preliminari

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħin li l-ħaddiema jiddedikaw sabiex jivvjaġġaw, bil-vettura tal-impriża, fil-bidu u fit-tmiem tal-ġurnata tax-xogħol, mill-bażi sal-mikro riżerva jew sas-sit fejn iwettqu l-funzjonijiet tagħhom u minn dawn tal-aħħar lura lejn il-bażi jikkostitwixxi “ħin tax-xogħol”, skont id-definizzjoni ta’ dan il-kunċett prevista fl-Artikolu 2 tad-Direttiva?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381