Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Mejju 2011
J vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-53/09)
"Servizz pubbliku -Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni għal inċidenti u mard professjonali - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rifjut ta' rikonoxximent tal-oriġini professjonali ta' marda - Obbligu li proċedura titmexxa f'terminu raġonevoli"
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: J (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett tal-kawża
L-annullament ta' deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tirrikonoxxi bħala marda professjonali l-marda li minnha hija tbati, kif ukoll id-deċiżjoni li tħallas hi l-miżati u l-ispejjeż tat-tabib li hija għażlet kif ukoll nofs il-miżati u l-ispejjeż konnessi mat-tielet tabib tal-kummissjoni medika.
Dispożittiv tas-sentenza
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lir-rikorrenti s-somma ta' EUR 1 bħala danni.
Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, kwart tal-ispejjeż tar-rikorrenti.
Ir-rikorrenti għandha tbati tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 180, 01.08.2009, p. 64.