Language of document : ECLI:EU:T:2015:287





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2015 — Stichting Woonlinie et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑202/10 RENV)

“Għajnuna mill-Istat — Akkomodazzjoni soċjali — Skemi ta’ għajnuna favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali — Għajnuna eżistenti — Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru — Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Għajnuna eżistenti — Eżami mill-Kummissjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern — Impenji meħuda mill-Istat Membru li jagħti għajnuna — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 18, 19(1), u 26(1)) (ara l-punti 56-59, 73, 82, 87)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Għajnuna eżistenti — Eżami permanenti mill-Kummissjoni mal-Istati Membri — Miżuri proposti lill-Istati Membri fil-kuntest ta’ dan l-eżami — Aċċettazzjoni mill-Istati — Effett vinkolanti (Artikolu 108(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 19) (ara l-punti 62-65, 79)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 — il-Pajjiżi l-Baxxi — Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika permezz ta’ proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stichting Woonlinie, Stichting Allee Wonen, Woningstichting Volksbelang, Stichting WoonInvest u Stichting Woonstede għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tal-Belġju u Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN), għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.