Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Jannar 2022 – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Ville de Paris (Franza), Ville de Bruxelles (il-Belġju), Ayuntamiento de Madrid (Spanja), Il-Kummissjoni Ewropea (C-177/19 P), L-Ungerija vs Ville de Paris (Franza), Ville de Bruxelles (il-Belġju), Ayuntamiento de Madrid (Spanja), Il-Kummissjoni Ewropea (C-178/19 P), Il-Kummissjoni Ewropea vs Ville de Paris (Franza), Ville de Bruxelles (il-Belġju), Ayuntamiento de Madrid (Spanja) (C-179/19 P)

(Kawżi magħquda C-177/19 P sa C-179/19 P) 1

(Appell – Rikors għal annullament – Ambjent – Approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur – Regolament (UE) 2016/646 – Emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u kummerċjali (Euro 6) – Iffissar, għall-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu, ta’ valuri li ma għandhomx jinqabżu (NTE) fl-ittestjar tal-emissjonijiet f’sewqan reali (RDE) – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Ammissibbiltà ta’ appell – Entità infra-Statali li għandha setgħat fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent li tillimita ċ-ċirkulazzjoni ta’ ċerti vetturi – Kundizzjoni li r-rikorrent għandu jkun ikkonċernat direttament)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol u l-Franċiż

Partijiet

(Kawża C-177/19 P)

Appellant: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, D. Klebs u S. Eisenberg, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ville de Paris (Franza) (rappreżentant: J. Assous, avocat), Ville de Bruxelles (il-Belgju) (rappreżentanti: M. Uyttendaele, C. Derave, N. Mouraux u A. Feyt avocats, u S. Kaisergruber, Rechtsanwalt), Ayuntamiento de Madrid (Spanja) (rappreżentant: J. Assous, avocat)

Intervenjenti insostenn tal-appellant: Association des Constructeurs Européens d’Automobiles (rappreżentanti: F. Di Gianni u G. Coppo, avvocati), ir-Rumanija (rappreżentanti: inizjalment minn E. Gane, O.-C. Ichim, L. Liţu u C.-R. Canţăr, sussegwentement minn E. Gane, O.-C. Ichim u L. Liţu, aġenti), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

(Kawża C-178/19 P)

Appellant: L-Ungerija (rappreżentant : M. Z. Fehér, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ville de Paris (Franza) (rappreżentant : J. Assous, avocat), Ville de Bruxelles (il-Belġju) (rappreżentanti: M. Uyttendaele, C. Derave, N. Mouraux u A. Feyt, avocats, u S. Kaisergruber, Rechtsanwalt), Ayuntamiento de Madrid (Spanja) (rappreżentant: J. Assous, avocat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u M. Huttunen, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-appellant: Association des Constructeurs Européens d’Automobiles (rappreżentanti: F. Di Gianni u G. Coppo, avvocati)

(Kawża C-179/19 P)

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ville de Paris (Franza) (rappreżentant: J. Assous, avocat), Ville de Bruxelles (il-Belgju) (rappreżentanti: M. Uyttendaele, C. Derave, N. Mouraux u A.Feyt avocats, u S. Kaisergruber, Rechtsanwalt), Ayuntamiento de Madrid (Spanja) (rappreżentant : J. Assous, avocat)

Intervenjenti insostenn tal-appellanti: Association des Constructeurs Européens d’Automobiles (rappreżentanti: F. Di Gianni u G. Coppo, avvocati)

Dispożittiv

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Diċembru 2018, Ville de Paris, Ville de Bruxelles u Ayuntamiento de Madrid vs Il-Kummissjoni (T-339/16, T-352/16 u T-391/16, EU:T:2018:927), hija annullata.

Ir-rikorsi għal annullament fil-Kawżi magħquda T-339/16, T-352/16 u T-391/16, ippreżentati, rispettivament, mill-ville de Paris, mill-ville de Bruxelles u mill-ayuntamiento de Madrid, huma miċħuda bħala inammissibbli.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess marbuta mal-appelli.

Il-ville de Paris, il-ville de Bruxelles u l-ayuntamiento de Madrid għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess marbuta mal-proċedura tal-ewwel istanza u mal-appelli, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea marbuta mal-proċedura tal-ewwel istanza.

____________

1     ĠU C 155, 6.5.2019.