Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 taʼ Marzu 2013 – DTL Corporación vs UASI – Vallejo Rosell (Generia)

(Kawża T-176/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: DTL Corporación, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Zuazo Araluze, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mar Vallejo Rosell (Pinto, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tanulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-24 ta’ Jannar 2013, fil-Każ R 661/2012-4, li tiċħad l-appell imressaq kontra ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għat-Trade mark Komunitarja Nru°8 830 821 “Generia” għall-prodotti u servizzi kollha fil-klassijiet 9, 37, 40, 41 u 42 u għal parti mis-servizzi fil-klassi 35;

skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tikkundanna lill-UASI, kif ukoll lil dawk il-partijiet li jopponu dan l-appell, għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “Generia” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 11, 35, 37, 40, 41 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 830 821Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Mar Vallejo RosellTrade mark jew sinjal invokat: Trade mark figurattiva bil-kuluri griż u abjad b’elementi verbali “Generalia generación renovable” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 35 u 40Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħudMotivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b), tal-Artikolu 63(2) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru°207/2009