Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2013 – Westermann Lernspielverlag vs UASI - Diset (bambinoLÜK)

(Kawża T-333/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Westermann Lernspielverlag GmbH (Braunschweig, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Diset, SA (Barcelona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) [UASI] tat-3 ta’ April 2013, Każ R 1323/2012-2, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru. B 1 724 593 [applikazzjoni għal trade mark Komunitarja 009080359] bejn DISET, S.A. u Westermann Lernspielverlag GmbH;

tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “bambinoLÜK”, għall-prodotti fil-klassijiet 9, 16 u 28 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 080 359

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni:trade mark Komunitarja tat-trade mark figurattiv “BAMBINO” għall-prodotti fil-klassijiet 16, 28 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment    

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment u jippermetti l-applikazzjoni għas-CTM biex tipproċedi għal ċerti prodotti tal-klassi 9

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.