Language of document : ECLI:EU:T:2011:662





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Novembru 2011 — Abbott Laboratories vs UASI (RESTORE)

(Kawża T-363/10)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RESTORE – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 – Ksur tad-dritt għal smigħ – Obbligu ta’ motivazzjoni – L-ewwel u t-tieni sentenzi tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 29, 36, 37)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1560/2009‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali RESTORE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Abbott Laboratories hija kkundannata għall-ispejjeż.