Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Settembru 2008 - Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-497/07)1

("Rikors għal annullament - Aċċess għad-dokumenti - Irtirar tad-deċiżjoni li rrifjutat l-aċċess - Żvelar ta' dokumenti kontra r-rieda espressa tal-awtur tagħhom - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nuova Agricast (Foggia, l-Italja) (rappreżentant: A. Calabrese, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u G. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2007 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għal xi documenti mibgħuta mill-awtoritajiet Taljani lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta' eżami ta' skema ta' għajnuna mill-Istat.

Dispożittiv

M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors u fuq it-talba tar-Renju tad-Danimarka sabiex jintervjeni.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 64, 9.3.2008.