Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2012 – ZZ vs BĊE

(Kawża F-26/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tirrifjuta t-talbiet tar-rikorrent għal aċċess għad-dokumenti u għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet tal-BĊE li jirrifjutaw it-talbiet tar-rikorrent għal aċċess għad-dokumenti, jiġifieri d-deċiżjoni tal-21 ta’ Ġunju 2011 li permezz tagħha t-talba tar-rikorrent għal aċċess għad-dokumenti ġiet irrifjutata, id-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tat-12 ta’ Awwissu 2011 u d-deċiżjoni tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2011;

tikkundanna lill-BĊE għall-ħlas ta’ kumpens, evalwat ex aequo et bono għal EUR 10 000, għad-danni morali sostnuti;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż.