Language of document : ECLI:EU:T:2008:77





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ l-14 ta’ Marzu 2008 – Huta Buczek vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-440/07 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Ammissibbiltà – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni (Artikoli 225(1) KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 18-20)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 23-24, 46-50, 62)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 67-68)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni – Deċiżjoni dwar għajnuna mill-Istat (Artikoli 88(2) KE u 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2); Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 7) (ara l-punti 75-76)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 5087 finali, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 23/2006 (ex NN 35/2006) mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lill-produttur ta’ l-azzar Grupa Technologie Buczek.

Dispożittiv

1)

It-talba hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.