Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ottubru 2020 – AR vs St. Vincenz-Krankenhaus GmbH

(Kawża C-727/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AR

Konvenut: St. Vincenz-Krankenhaus GmbH

Domandi preliminari

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol 1 u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludu l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 7(3) tal-Bundesurlaubsgesetz (il-Liġi Federali dwar il-Leave), li skontha d-dritt għal-leave annwali mħallas, li kien għadu ma tteħidx, ta’ ħaddiem li sofra, matul is-sena ta’ riferiment għal-leave, minn marda li wasslet għal inkapaċità għax-xogħol, iżda li kien għadu seta’ jieħu – tal-inqas parzjalment – dan il-leave qabel il-bidu tal-inkapaċità għax-xogħol tiegħu matul is-sena ta’ riferiment, jintemm ħmistax-il xahar wara t-tmiem tas-sena ta’ riferiment f’każ ta’ persistenza, mingħajr interruzzjoni, tal-inkapaċità għax-xogħol, inkluż meta l-persuna li timpjega ma tkunx effettivament qiegħdet lill-ħaddiem fil-pożizzjoni li jeżerċita d-dritt għal-leave tiegħu billi tistiednu jagħmel hekk u tipprovdilu informazzjoni f’dan ir-rigward?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tmiem f’data sussegwenti huwa wkoll eskluż f’każ ta’ persistenza tal-inkapaċità għax-xogħol?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.