Language of document : ECLI:EU:T:2010:84

Kawża T‑12/08 P-RENV-RX-AJ

M

vs

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

“Għajnuna legali”

Sommarju tad-digriet

Proċedura — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Talba għal għajnuna legali bla ħlas

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 96(4) u 121c(1))

L-Artikolu 96(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li jgħid li l‑preżentata ta’ talba għal għajnuna legali tissospendi t-terminu previst għall‑preżentata tar‑rikors sad-data tan-notifika tad-digriet li jiddeċiedi din it‑talba, għandu jiġi applikat, b’analoġija, għall-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali wara eżami mill‑ġdid u rinviju mill-Qorti tal-Ġustizzja u dan ifisser li l‑preżentata ta’ talba għal għajnuna legali, ippreżentata mingħajr l-assistenza ta’ avukat, tissospendi t‑terminu previst mill-Artikolu 121c(1) tal-imsemmija Regoli tal‑Proċedura sad-data tan-notifika tad-digriet li jiddeċiedi din it-talba, u dan sabiex tiġi żgurata l-effettività tiegħu.

(ara l-punti 15-17)