Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 -Traore vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Avviż ta' kariga battala - Ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent - Assenjazzjoni mill-ġdid - Interess tas-servizz)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Amadou Traore (Rhode-Saint-Genèse, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu l-kandidaturi tar-rikorrent għall-kariga ta' chargé d'affaires ad interim fid-delegazzjoni f'Togo, kif ukoll għall- kariga ta' kap inkarigat mill-operazzjonijiet tad-delegazzjoni fit-Tanżanija - L-annullament tad-deċiżjonijiet li jaħtru kandidati oħra għall-imsemmija karigi - Talba għad-danni.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tad-Direttur tal-Persunal tal-Uffiċċju għal Kooperazzjoni EuropeAid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-12 ta' Diċembru 2006, dwar iċ-ċaħda tal-kandidatura ta' A. Traore għall-kariga ta' kap tal-operazzjonijiet tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni fit-Tanżanija u d-deċiżjoni ta' ħatra ta' M.S għall-imsemmija kariga huma annullati.
Ir-rikors huwa miċħud għal bqija.
A. Traore huwa kkundannat għall-nofs l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal nofs l-ispejjeż sostnuti minn A. Traore.
____________1 - ĠU C 269, 10.11.2007, p. 72.