Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Lulju 2011 - Goutier vs UASI - Rauch (ARANTAX)

(Kawża T-13/10) 1

"Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Klaus Goutier (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. E. Happe, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment B. Schmidt, sussegwentement B. Schmidt u R. Pethke, aġenti)

Parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: Norbert Rauch (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Fottner u M. Müller, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta' Novembru 2009 (Każ R 1796/2008-4) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Norbert Rauch u Klaus Goutier.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk sostnuti mill-konvenut. L-intervenjent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 80, 27.03.2010.