Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-15/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li jingħalqu l-proċeduri ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent, mingħajr trasferiment.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ April 2012 li jingħalqu l-fajlijiet ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent;tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.