Language of document : ECLI:EU:T:2014:106





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2014 – Aluminios Cortizo u Cortizo Cartera vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑1/14 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli favur ċerti gruppi ta’ interess ekonomiku (GIE) u l-investituri tagħhom – Sistema fiskali applikabbli għal ċerti ftehim ta’ leasing finanzjarju għall-akkwist ta’ vapuri (sistema Spanjola ta’ leasing fiskali) – Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat – Stħarriġ tal-validità ta’ miżuri nazzjonali ta’ eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni – Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali – Ċaħda (Artikoli 108(2) TFUE u 278 TFUE) (ara l-punt 8)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti proċedurali – Spjegazzjoni suffiċjentement preċiża tal-elementi sabiex ikun hemm l-eżami tal-kundizzjoni relatata mal-urġenza – Assenza ta’ informazzjoni konkreta u preċiża li turi s-sitwazzjoni finanzjarja tal-parti li titlob il-miżuri provviżorji – Assenza ta’ informazzjoni dwar in-natura irreparabbli tad-allegat dannu finanzjarju – Assenza ta’ provi li juru l-ineżistenza ta’ rimedji kontra l-miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni quddiem il-qorti nazzjonali – Inammissibbiltà (Artikoli 108(2) TFUE, 256(1) TFUE u 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44 (1)(c) u 104(2) u (3)) (ara l-punti 11-22)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni, b’mod partikolari, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4426 finali, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/2011 (ex NN/2011, ex CP 137/2006) – Sistema fiskali applikabbli għal ċerti ftehim ta’ leasing finanzjarju.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.