Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2023 – Hamoudi vs Frontex

(Kawża T-136/22) 1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Regolament (UE) 2019/1896 – Obbligi li għandha Frontex fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali – Dannu reali u ċert – Rikors manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Alaa Hamoudi (rappreżentant: F. Gatta, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (rappreżentanti: H. Caniard, W. Szmidt u R.-A. Popa, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE, ir-rikorrent jitlob kumpens għad-dannu li sofra bħala riżultat ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) wettqet fir-rigward ta’ miżuri allegatament meħuda kontrih mill-awtoritajiet Griegi lejh.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż

____________

1     ĠU C 198, 16.5.2022.