Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-4 ta' Marzu 2009 - Tirrenia di Navigazione e.a. vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-265/04, T-292/04 u T-504/04)1

("Għajnuna mill-Istat - Trasport marittimu - Sussidji mħallsa mill-awtoritajiet Taljani lill-kumpanniji reġonali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq kommuni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 4(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti fil-kawża T-265/04: Tirrenia di Navigazione SpA li qabel kienet Tirrenia di Navigazione SpA u Adriatica di Navigazione SpA (Napli, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment G. Roberti, A. Franchi u G. Belletti, sussegwentement G. Roberti u G. Belletti, avvocati)

Rikorrenti fil-kawża T-292/04: Caremar SpA (Napli); Toremar SpA (Livorno, l-Italja); Siremar SpA (Palermo, l-Italja); u Saremar SpA (Cagliari, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment G. Roberti, A. Franchi u G. Belletti, sussegwentement G. Roberti u G. Belletti, avvocati)

Rikorrenti fil-kawża T-504/04: Navigazione Libera del Golfo SpA (Napli) (rappreżentanti: S. Ravenna u A. Abate, avvocati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di. Bucci u E. Righini, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Caremar SpA (rappreżentanti: inizjalment G. Roberti, A. Franchi u G. Belletti, sussegwentement G. Roberti u G. Belletti, avvocati) ; u r-Repubblika Taljana (rappreżentant: M. Fiorilli, aġent)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/163/KE, tas-16 ta' Marzu 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat imħallsa mill-Italja lill-kumpanniji marittimi Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar (Gruppo Tirrenia) (ĠU 2005, L 53, p. 29).

Dispożittiv

Fil-kawżi T-265/04 u T-292/04, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/163/KE, tas-16 ta' Marzu 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat imħallsa mill-Italja lill-kumpanniji marittimi Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar (Gruppo Tirrenia), hija annullata.

Fil-kawża T-504/04, ir-rikors m'għadx għandu skop.

Fil-kawża T-265/04, il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk ta' Tirrenia di Navigazione SpA.

Fil-kawża T-292/04, il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk ta' Caremar SpA, Siremar SpA, Saremar SpA u Toremar SpA.

Fil-kawża T-504/04, il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk ta' Navigazione Libera del Golfo SpA.

Fil-kawża T-504/04, ir-Repubblika Taljana u Caremar għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 239, tal-25.9.2004.