Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Novembru 2011 - Yueqing Onesto Electric vs UASI - Ensto (ONESTO)

(Kawża T-624/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yueqing Onesto Electric Co. Ltd (Zhejiang, iċ-Ċina) (rappreżentant: B. Piepenbrink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ensto Oy (Porvoo, il-Finlandja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta' Settembru 2011, fil-Każ R 2535/2010-2; u

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "ONESTO", għal prodotti fil-klassi 9 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru W00909305

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1980242 tat-trade mark figurattiva "ENSTO", għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11; ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 40600 tat-trade mark verbali"ENSTO", għal prodotti fil-klassijiet 7, 9, 11 u 16; ir-reġistrazzjoni għal trade mark Finlandiża Nru 218071 tat-trade mark verbali "ENSTO", għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark preċedenti u l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja.

____________