Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2017 – Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża T-863/16) 1

(“Rikors għal annullament – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance għal assistenza parlamentari – Irkupru tas-somom imħallsa indebitament – Inammissibbiltà manifesta parzjali – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni parzjali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Marie Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentanti: M. Ceccaldi u J.-P. Le Moigne, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament, tad-29 ta’ Jannar 2016, dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent tas-somma ta’ EUR 320 026,23 imħallsa indebitament għal assistenza parlamentari, tan-nota ta’ debitu relatata magħha, tal-4 ta’ Frar 2016, u tad-deċiżjoni tal-Kwesturi tal-4 ta’ Ottubru 2016, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tad-29 ta’ Jannar 2016.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli, sa fejn jirrigwarda t-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Jannar 2016 dwar l-irkupru mingħand Jean-Marie Le Pen tas-somma ta’ EUR 320 026,23 imħallsa indebitament għal assistenza parlamentari, tan-nota ta’ debitu relatata magħha, tal-4 ta’ Frar 2016, kif ukoll it-talba sabiex il-Parlament jiġi ordnat iħallas lir-rikorrent EUR 50 000 għall-ispejjeż li jistgħu jinġabru.

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors sa fejn jirrigwarda t-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kwesturi tal-4 ta’ Ottubru 2016 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tad-29 ta’ Jannar 2016.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 38, 6.2.2017.