Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2018 – Wirecard vs EUIPO (mycard2go)

(Kawża T-860/16) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva mycard2go – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wirecard AG (Aschheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Bayer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 281/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv mycard2go bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Wirecard AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 38, 6.2.2017.