Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2019 – Fútbol Club Barcelona vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-865/16) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali – Rata preferenzjali tat-taxxa fuq id-dħul applikata għall-klabbs awtorizzati jużaw status ta’ entità mingħajr skop ta’ qligħ – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Libertà ta’ stabbiliment – Vantaġġ”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Fútbol Club Barcelona (Barcelone, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment minn J. Roca Sagarra, J. del Saz Cordero, R. Vallina Hoset, A. Sellés Marco u C. Iglesias Megías, sussegwentement minn J. Roca Sagarra, J. del Saz Cordero, R. Vallina Hoset u A. Sellés Marco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Luengo, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn A. Gavela Llopis u J. García-Valdecasas Dorrego, sussegwentement minn A. Gavela Llopis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2391 tal-4 ta’ Lulju 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.29769 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentata minn Spanja għal ċerti klabbs tal-futbol (ĠU 2016, L 357, p. 1).

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2391 tal-4 ta’ Lulju 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.29769 (2013/C) (l-ex 2013/NN) implimentata minn Spanja għal ċerti klabbs tal-futbol hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Fútbol Club Barcelona.

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1     ĠU C 30, 30.1.2017.