Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2024 – PS vs SEAE

(Kawża T-4/23) 1

(Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Bidla tal-post ta’ impjieg – Responsabbiltà – Rabta stretta mat-talbiet għal annullament – Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: PS (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: A. Ireland, R. Coesme u S. Falek, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tat-30 ta’ Settembru 2022 li tiċħad l-ilment tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2022 u, sa fejn ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni tas-SEAE tat-22 ta’ Frar 2022 li tiċħad it-talba għal kumpens tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2021 u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-danni materjali u morali li huwa kien issubixxa minħabba d-deċiżjoni tas-SEAE li tassenjah mill-ġdid fi Brussell (il-Belġju).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

PS huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 127, 11.4.2023.