Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Marzu 2022 – Research Consorzio Stabile Scarl, f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi fil-proċess ta’ kostituzzjoni (Research-Cisa) et vs Invitalia - Agenzia Nazionale per l’Attrazione degli Investimenti e lo Sviluppo di Impresa et

(Kawża C-215/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Research Consorzio Stabile Scarl, f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi fil-proċess ta’ kostituzzjoni (Research-Cisa); C.I.S.A. SpA, f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi fil-proċess ta’ kostituzzjoni (Research-Cisa); Debar Costruzioni SpA, f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi fil-proċess ta’ kostituzzjoni ma’ Consorzio Stabile COM Scarl, C.N. Costruzioni Generali SpA u Edil.Co. Srl; Invitalia - Agenzia Nazionale per l’Attrazione degli Investimenti e lo Sviluppo di Impresa

Konvenuti: Invitalia - Agenzia Nazionale per l’Attrazione degli Investimenti e lo Sviluppo di Impresa; Debar Costruzioni SpA, f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi fil-proċess ta’ kostituzzjoni ma’ Consorzio Stabile COM Scarl, C.N. Costruzioni Generali SpA u Edil.Co. Srl; Consorzio Stabile Scarl, f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi fil-proċess ta’ kostituzzjoni (Research-Cisa); C.I.S.A. SpA, f’isimha stess u bħala mandatarja tal-grupp ta’ impriżi fil-proċess ta’ kostituzzjoni (Research-Cisa)

Domanda preliminari

L-Artikoli 63 u 71 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE 1 , flimkien mal-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, stabbiliti fl-Artikoli 49 u 56 TFUE, jipprekludu interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali Taljana fil-qasam ta’ subappaltar neċessarju skont liema l-offerent li ma għandux il-kwalifiki meħtieġa f’waħda jew iktar mill-kategoriji separabbli ma jistax jirrimedja għar-rekwiżit nieqes billi jirrikorri għal numru ta’ impriżi subappaltaturi jew billi jakkumula l-ammonti li dawn l-impriżi li huma kkwalifikati għalihom ?

____________

1 ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68.