Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Diċembru 2012 - Natura Selection vs UASI - Ménard (natura)

(Kawża T-461/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva natura - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NATURA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Natura Selection, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. García Murillo u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ernest Ménard SA (Bourseul, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta' Ġunju 2006 (Każ R 2454/2010-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Ernest Ménard SA u Natura Selection, SL.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Natura Selection, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 340, 19.11.2011.