Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2024 – Golden Support vs EUIPO - Sky International (Skyliner)
(Kawża T-78/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Golden Support s. r. o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Cink, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sky International (Zürich, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Skyliner” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 152 943
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 421/2023-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tiċħad l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark reġistrata Nru 17 152 943.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
____________