Rikors imressaq fis-17 ta' Lulju 2007 - Algusa Algodonera Utrerana vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-259/07)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Algusa Algodonera Utrerana, S.A. (Sevilla, Spanja) (Rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)
Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
tilqa' dan ir-rikors għal kumpens tad-dannu, skond l-Artikolu 288 KE, billi tiddikjara d-dritt tar-rikorrenti għal kumpens, min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni in solidum, ta' somma totali ta' EUR 721 355;
tordna lill-istituzzjonijiet konvenuti jbatu l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess li tressqu fil-kawża T-217/07, Las Palmeras vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni.
____________