Language of document : ECLI:EU:T:2014:436





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2014 – Golam vs UASI – Glaxo Group (METABIOMAX)

(Kawża T‑62/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali METABIOMAX – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BIOMAX – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra – Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1), 130(1) u 132(1)) (ara l-punti 16, 17)

2.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel frażi tal-Artikolu 75, tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE – Użu mill-Bord tal-Appell ta’ motivazzjoni impliċita – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel frażi tal-Artikolu 75) (ara l-punti 23, 24)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 33, 47, 57)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku – Prodotti mediċinali (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 34, 36)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali METABIOMAX u BIOMAX (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 35, 45, 55, 60)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 37)

7.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti – Impatt (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu. 8(1)(b)) (ara l-punti 58, 59)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2089/2011‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Glaxo Group Ltd u Sofia Golam.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sofia Golam hija kkundannata għall-ispejjeż.